Opportunità ghall-kittieba

Image:

Jekk tikteb u inti żagħżugħ jew żagħżugħa, għandek opportunità sabiex tieħu sehem f’serata li se tittella’ f’Jannar 2019. It-tema ewlenija, jiġifieri l-vjaġġ, tista’ tiġi interpretata b’mod wiesa’ u l-kitbiet għandhom ikunu qosra biżżejjed sabiex jinqraw f’4 minuti jew inqas. Fil-każ ta’ stejjer qosra, nissuġġerixxu tul ta’ bejn 300 u 500 kelma, filwaqt li l-poeżiji għandhom ikunu ta’ madwar 30 vers.

Is-sottomissjonijiet huma miftuħa għal żgħażagħ taħt il-35 sena, u għandhom jintbagħtu fuq wieħed minn dawn l-indirizzi sa nhar is-Sibt, 17 ta’ Novembru: info@sanpawl.com jew għaqdatalmalti@gmail.com

Wara li ssir l-għażla, għandha ssir laqgħa u jista’ jkun li ssir talba għal xi bidliet ta’ natura editorjali. Din is-serata qed tittella’ mill-Akkademja Kulturali Pawlina b’kollaborazzjoni mal-Għaqda tal-Malti – Università. Għal aktar tagħrif tistgħu żżuru l-paġni tal-Facebook taż-żewġ għaqdiet: www.facebook.com/Akkademja-Kulturali-Pawlina jew www.facebook.com/ghaqdamalti

Written by

GħMU

Recommend this article

Opportunità ghall-kittieba

Thank you!

This article has been sent!

Close